Se Nirranġaw – Dominic Cini u Anna Azzopardi (Mark Laurence Zammit) by L-Ghanja tal-Poplu published on 2021-07-16T14:37:13Z Se Nirranġaw Dominic Cini u Anna Azzopardi Kliem u Mużika: Mark Laurence Zammit Niftakar l-ewwel darba li bistha taħt iċ-ċint, għedt: “Din żgur niżżewwiġha!” Madoffi, kif iġġennint. Imma llum irrid nammetti; dakinhar għamilt żball kbir għaliex għandha difett ikrah li jqabbadni d-dardir. Id-dardir iqabbaduli l-P Enne tiegħek! Għax familtha kollha Lejber u jien Nazzjonalist. Ħriġt imnellah minn ġuf ommok, tappoġġjaw Partit faxxist! Kieku jkolli mmur lura niżżewwiġha, ma nerġax! U kuljum irrid nitlaqha imma ma nistax! Għax sibna mod kif taħt kull Gvern nixxalaw kk’ irridu job jew permess, nirranġaw it-tnejn flimkien għandna ħbieb kullimkien għax hi Laburista... għax jien Laburista... u jien Nazzjonalist. u hu Nazzjonalist! Għamilt żball, kont għadni żgħira, l-ewwel ġuvni illi bist għadni s’issa ma rridx nemmen, kellu jkun Nazzjonalist. Għax ma tgħidx illi l-Gvern tagħkom qed joqtolna lkoll bil-ġuħ, U agħlaqgħlu, fil-mass meetings lanqas għadu jkollkom ruħ. Ma jogħġbok xejn kemm inti pitma Aħjar minnek Laburista mġiddma. Minjaf kemm ħadtu flus baxx baxx Għid oħra u llejla torqod fil-garaxx. Kieku jkolli mmur lura Biex niżżewġu, ma nerġax U kuljum irrid nitilqu Imma ma nistax! Għax sibna mod kif taħt kull Gvern nixxalaw……………… Infottu ’l hemm, infottu ‘l haw, Biex kemm jista’ jkun niggwadanjaw. Infottu ’l hemm, infottu ’l haw, nafu ’l min inkellmu biex nirranġaw. Infottu ’l hemm, infottu ‘l haw... Għax sibna mod kif taħt kull Gvern nixxalaw... Għax sibna mod kif taħt kull Gvern nixxalaw...