Logħba tal-Kaxxi - – Karm Debattista (Pierre Bonnici, Karm Debattista) by L-Ghanja tal-Poplu published on 2021-07-16T14:37:21Z Logħba tal-Kaxxi Karm Debattista Kliem: Pierre Bonnici Mużika: Karm Debattista Tgħollinix Terfagħnix lejn is-smewwiet Fuq bradelli U pedestalli la tqegħednix Għax imbagħad meta jien naqa’… Għaliex żgur li jien naqa’… Biex nispiċċa F’miljun biċċa Humpty Dumpty Froġa fl-art ma rridx insir. Din il-logħba tal-kaxxi Din il-logħba tal-miżien Waħda tgħolli - l-oħra tbaxxi Dana tajjeb - dak ħażin F’moħħok ċkejken, żgħir u dejjaq Int l-imħallef tal-bnedmin. Tbaxxinix Tniżżilnix f’qiegħ l-infern Bil-qrun kbir u Denb bil-ponta Tpinġinix Għax id-dnub li tara fija Hu rifless biss tal-mistħija Illi ddegħxek Bil-ħsieb tregħxek Li xi darba Għad jiskopru l-istess fik. Din il-logħba tal-kaxxi Din il-logħba tal-miżien... Logħba tal-kaxxi, logħba tal-miżien Illum inti… u għada jien Din il-logħba tal-kaxxi Din il-logħba tal-miżien...