Is-Sirena Li Welldet it-Tama – Haley Azzopardi (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas) by L-Ghanja tal-Poplu published on 2021-07-16T14:37:10Z Is-Sirena Li Welldet it-Tama Haley Azzopardi Kliem: Paul Ellul Mużika: Mark Spiteri Lucas Nistaqsi ’l-ġebel jgħidli fommok x’lissen, inċarrat il-purtiera tal-bellus, minn ġol-ħjatat nissamma’ l-bikja tiegħek, u mal-kantun mirdum inħoss il-ħsus. Il-libsa baqgħet tfuħ fil-gwardarobba, flixkun il-fwieħa baqa’ ma nfetaħx, il-ktejjeb tar-riċetti tqalleb waħdu, u r-radju jdoqq id-diski ma ntebaħx. Is-sirena li welldet it-tama, ħarbxet f’qalbi sriep tad-dawl, l-għabra lissnet skiet li jtarrax, b’delli biss stajt nasal ħdejk, din difna qabel żmienha, bla rħama dan il-qabar, u fjura friska f’qalbi, is-sirena li welldet it-tama. L-għasafar waqfu jibnu l-bejta tagħhom, il-friegħi bdew iwennsu lil xulxin, serbut in-nemel waqaf jaħżen kmieni, iddejqu l-minutieri jgħoddu l-ħin. Minn qalb is-sħab tittawwal dritt għal fuqna, u r-riħ iwassal leħnek mat-tvenvin: ‘‘Nixtieq li r-raqda tiegħi tkun ta’ fejda, u tqumu min-ngħas tagħkom ħbieb Maltin.’’ Is-sirena li welldet it-tama, ħarbxet f’qalbi sriep tad-dawl... U aħna minn hawn isfel ngħajtu ismek, leħinna ma jasalx bit-trab maħnuq, imm’inti tisma’ qalbna tgħajjat siekta, urina t-triq tal-paċi minn hemm fuq. Is-sirena li welldet it-tama, ħarbxet f’qalbi sriep tad-dawl... is-sirena li welldet it-tama. Nistaqsi ’l-ġebel jgħidli fommok x’lissen